Hekk kif wieħed jidħol fl-entratura tal-Isptar Mater Dei, mal-ewwel jilmaħ quddiemu libsa l-ġmiel tagħha b’kuluri tassew vibbranti. Iżda wieħed forsi jistaqsi… ‘x’inhi l-konnessjoni ta’ din il-libsa mal-Isptar Mater Dei?’
Id-disinn fuq din il-libsa huwa magħmul minn 2,000 isem ta’ professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa… ħaddiema li kienu l-frontliners fil-ġlieda ta’ pajjiżna kontra l-coronavirus.

Din il-libsa saret mid-Disinjatriċi tal-Moda Fiona Vella.
F’intervista ma’ Net News, hi stqarret li din is-sena kienet waħda speċjali għaliha hekk kif timmarka l-għoxrin sena minn mindu ħadet l-ewwel rikonoxximent tal-aqwa disinjatriċi tal-moda u għalhekk riedet tagħmel xi ħaġa differenti mis-soltu.
Id-disinjatriċi spjegatilna li wara l-kuluri li ntgħażlu għal din il-libsa, kien hemm ħsieb partikolari… kuluri li jwasslu messaġġ ta’ tama. Tgħidilna wkoll li din il-libsa saret bħala radd il-ħajr għal dawn il-frontliners.
Id-disinjattrici Fiona Vella tistqarr li kellha reazzjonijiet pożittivi għal din il-libsa hekk kif kienu ħafna n-nies li waqfu jammirawha waqt iz-zjarat tagħhom fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>
