Milan laħqu lil Napoli fis-sitt post tal-klassifika b’rebħa ta’ 3-1 kontra Parma. Ironikament kienu l-Emiliani li fetħu l-iskor fl-44 minuta bi kross ta’ Alberto Grassi jsib lil JASMIN KURTIC li għeleb lil Gianluigi Donnarumma. Milan dawru r-riżultat fi ftit minuti. L-ewwel kien FRANCK KESSIE li ġab id-draw fil-55 minuta b’xutt stupend minn barra l-kaxxa biex erba’ minuti wara l-captain ALESSIO ROMAGNOLI skorja l-gowl tal-vantaġġ b’daqqa ta’ ras. HAKAN CALHANOGLU għalaq il-logħba fis-77 minuta b’xutt għar-rokna.
Napoli tilfu żewġ punti importanti fit-taqtigħa li jiksbu l-ħames post bi draw ta’ 1-1 fi Stadio Renato Dall’ Ara kontra Bologna. KOSTAS MANOLAS fetaħ l-iskor fis-seba’ minuti b’daqqa ta’ ras minn korner ta’ Matteo Politano. Bologna ġabu d-draw fit-80 minuta b’xutt għar-rokna ta’ MUSA BARROW wara passaġġ ta’ Roberto Soriano.
Sampdoria huma kważi salvi wara r-rebħa ta’ 3-0 kontra Cagliari fi Stadio Marassi. It-tim ta’ Claudio Ranieri kellu bżonn biss tmien minuti biex jikseb il-vantaġġ b’daqqa ta’ ras ta’ MANOLO GABBIADINI. Iż-żagħżugħ FEDERICO BONAZZOLI rdoppja fil-41 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa, bl-istess FEDERICO BONAZZOLI jagħmilhom tlieta b’ġest akrobatiku mill-isbaħ fit-53 minuta.
//= $special ?>