Lokali Parlament

Proposti mill-PN dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-ġudikanti

(Arkivji)

Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li sa mill-ewwel diskussjonijiet bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni, il-PN ressaq diversi proposti dwr il-ħatriet u t-tneħħija tal-ġudikanti.

Fil-parlament Chris Said qal li f’Diċembru 2018 ħareġ ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja li kien fih ħafna rakkomandazzjonijiet dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-ġudikatura liema settur kien trattat b’importanza kbira.

Hu qal li fil-pajjiż kien hawn qbil totali li dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu tajbin u li kellhom jiġu attwati u għalhekk kien hemm enfasi fuq il-konvenzjoni nazzjonali u fuq metodu kif ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja jkunu implimentati b’mod mgħaġġel.

Fiwaqtli qal li fil-pajjiż hawn massimu ta’ 50 ġudikant, Chris Said qal li l-PN mill-ewwel ippropona li l-Prim Imħallef ikun maħtur biż-żewġ terzi tad-deputati iżda l-gvern kien kontrieha. Wara diskussjonijiet il-gvern qabel mal-PN fuq din l-proposta.

Proposta oħra tal-PN kienet li kien hemm Kumitat tal-Għażla, li ssir sejħa u li jkun pubblikat ukoll ordni ta’ mertu fost il-kandidati. Fil-bidu l-PL wkoll kien kontra din il-proposta iżda wara qabel.

Il-gvern iss ddeċieda li jitlaq minn idejh il-ħatriet u jinħatar kumitat tal-għażla u għalhekk fadal biss li jkun hemm qbil fuq x’iseħħ meta u jekk ma jkunx qbil biż-żewġ terzi. Chris Said ikkritika wkoll lill-gvern għall-fatt li għadu ma tax l-10 abbozzi ta’ liġijiet relatati mal-proposti tal-Kummissjoni Venezja lill-Oppożizzjoni u iżda għaddielhom biss erba’.

Crois Said tkellem dwar il-mod kif jitneħħa l-Avukat Ġenerali qal li l-PN jaqbel li dan għandu jitneħħa biż-żewġ terzi tal-Kamra; l-istess bħall-Avukt tal-Istat minħabba li dawn huma karigi ta’ responsabbiltà u importanza kbira.

L-ikbar bidla hi dik dwar it-tneħħija tal-maġistrati u l-imħallfin fejn bħalissa s-sistema hi li l-proċess dan isir hu billi l-proċess imur quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex wara din titressaq quddiem il-parlament fejn riid ikun hemm vot ta’ żewġ terzi. Issa l-gvern qed ineħħi l-involviment tiegħu f’dan il-proċess.

Id-deputat Nazzjonalista appella lill-Ministru tal-Ġustizzja biex jippubblika l-korrispondenza biex tittieħed l-aħjar deċiżjoni f’dan ir-rigward minħabba li hemm opinjonijiet differenti.

F’55 sena ta’ Indipendenza, il-parlament ma rnexxielu jneħħi lill-ebda ġudikant għaliex kien hemm ċirkostanzi fejn il-parlament ma ffunzjonax f’dan ir-rigward minħabba li f’każ partikolari l-Oppożizzjoni Laburista kienet ivvota kontra li jineħħa imħallef partikolari.

Dwar ir-responsabbiltà tal-Prim Imħallef li jassenja r-responsabbiltajiet lill-ġudikanti, Chris Said qal li l-PN ma jaqbilx li jekk dawn il-karigi ma jkunux assenjati allura jkun il-Ministru tal-Ġustizzja li ajssenjhom. Il-proposta tal-PN hi li jkun il-President ta’ Malta li jassenja dawn il-karigi.