Lokali

Raġel l-isptar wara li nqata’ l-lift bih

Raġel ta’ 55 sena mir-Rabat Għawdex sofra ġrieħi ħfief wara li nqata’ lift li kien fuqu fi stabbiliment fir-Rabat Għawdex.

Il-Pulizija qalu magħna li l-inċident seħħ fil-11am f’kumpless fi Triq it-Telgħa tal-Belt wara li kien qiegħed jaħdem fl-istabbiliment taċ-ċinema tar-Rabat.

Kollox qed jindika li għal xi raġunu l-lift ħa skoss li wassal biex il-lift jaqa’ madwar sular waqt li r-raġel kien fuqu.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u tim mediku, kif ukoll il-Pulizija.