Il-kumpanija SONY se żżid il-produzzjoni tal-console PlayStation 5 minħabba li hemm aspettativa li il-PS5 tinbiegħ b’numri tajbin, minħabba li minn mindu faqqgħet l-imxija ħafna nies qed jibqgħu aktar ġewwa.
Issa, l-ammont ta’ produzzjoni tal-PS5 se jitla’ għal 10 miljun console. Dan hekk kif l-ammont inizjali kien ta’ 5 miljuni.
L-unika preokupazzjoni ta’ SONY hi li jafu jsibu xi ostakli biex il-PS5 tasal fi djar in-nies, madanakollu se jagħmlu minn kollox biex din il-problema tissolva.
Il-PS5 għandha tkun fis-suq f’Settembru li ġej.
//= $special ?>