Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iffirma ordni biex il-Belt ta’ Hong Kong tkun trattata bħall-kumplament taċ-Ċina.
Trump qal dan wara li ċ-Ċina sfurżat aktar liġijiet fuq din il-Belt, liġijiet li qed jheddu l-libertajiet li din il-Belt kellha meta mqabbla mal-kumplament tal-pajjiż.
Il-liġijiet il-ġodda imposti minn Beijing kull ma jmur qed jeqirdu l-istat uniku ta’ Hong Kong, u kif ukoll qed jinkiser il-patt li kien sar bejn ir-Renju Unit u ċ-Ċina dwar Hong Kong.
Trump tenna li għalissa Hong Kong ma jistax jibqa’ jkollha privileġġi speċjali filwaqt li sostna li m’għandu l-ebda intenzjoni li jitkellem mal-President Ċiniż, Xi Jinping.
//= $special ?>