Futbol Sport

Żewġ żbalji kbar fid-difiża jċaħħdu lil Liverpool milli jibqgħu b’ċans li joħolqu rekord ta’ punti

(Ritratt: EPA)

Żewġ żbalji kbar fid-difiża minn Alisson Becker u Virgil van Dijk ikkastigaw lil Liverpool hekk kif kienu megħluba minn Arsenal 2-1 fl-Emirates Stadium. Għalkemm din it-telfa ma tħalli l-ebda effett fuq ir-rebħ tal-kampjonat, dawn it-telf ta’ punti fissru li Liverpool ma jistgħux joħolqu rekord ta’ punti f’kampjonat wieħed.

Liverpool fetħu l-iskor fl-20 minuta bi kross mix-xellug ta’ Andy Robertson għan-nofs lejn Sadio Mane li daħal tajjeb biex għeleb lil Emiliano Martinez. Arsenal ġabu d-draw fit-32 minuta b’Virgil van Dijk issikkat minn Reiss Nelson, qassam ħażin lura, b’Alexandre Lacazette jaqbeż lil Alisson Becker u skorja f’lasta vojta. Il-gowl tal-vantaġġ għal Arsenal wasal qabel tmiem l-ewwel taqsima bi żball ieħor din id-darba ta’ Alisson Becker li qassam ħażin, b’Lacazette tefa’ kross lejn Nelson li kkontrolla u għeleb lil Alisson.