Futbol Sport

Borussia Dortmund viċin li jħabbru lil Jude Bellingham bħala l-ewwel akkwist tagħhom dan is-sajf

Jude Bellingham fis-siegħat li ġejjin mistenni jkun l-ewwel akkwist ta’ Borussia Dortmund dan is-sajf wara li għadda mit-testijiet mediċi llum waranofsinhar.

Bellingham se jissieħeb ma’ Dortmund għas-somma ta’ €28 miljun mingħand Birmingham City. It-tim Ġermaniż ilu għal dawn l-aħħar sentejn isegwi lill-midfielder ta’ 17 –il sena.

Bellingham għażel lil Dortmund minħabba l-opportunità li huma jagħtu lil talent żagħżugħ, bħal Jadon Sancho u Erling Haaland. Dan minkejja l-interess ta’ bosta klabbs minn madwar l-Ewropa fosthom Manchester United, Bayern Munich, Chelsea u Real Madrid. F’dan l-istaġun Bellingham lagħab 35 partita ma’ Birmingham u skorja erba’ gowls.