Atletika Sport

Deajah Stevens sospiża 18 –il xahar wara li naqas milli jattendi għal testijiet tad-doping

(Ritratt: EPA)

L-isprinter Deajah Stevens, ġiet sospiża 18 –il xahar wara li għal numru ta’ xhur naqset milli tattendi għat-testijiet tad-doping. Stevens irnexxielha tasal sal-finali tal-200 metru fl-Olimpjadi ta’ Rio. B’din is-sospensjoni, Stevens se titlef l-Olimpjadi ta’ Tokjo li se jsiru s-sena d-dieħla minħabba li s-sospensjoni tintemm fis-16 ta’ Awwissu tal-2021.

Stevens tilfet it-testijiet ta’ Frar, Awwissu u Novembru tas-sena li għadda. Waqt il-kawża quddiem l-Athletics Integirty Unit, l-uffiċjal inkarigat mit-testijiet tad-doping qal kif hu bl-ebda mod ma rnexxielu jagħmel kuntatt ma’ Stevens. Deajah Stevens għandha d-dritt li tappella minn din is-sentenza.