Sport Sport Ieħor

Ftuħ uffiċjali tal-klabb tas-Subbateo tan-Naxxar

Nhar il-Ħadd ser jinfetaħ għall-ewwel darba klabb tas-Subbuteo ġewwa n-Naxxar bl-isem “Naxxar Table Football Club (Malta).” Il-fundatur tiegħu huwa Joseph M.Debono , bil-logħob kemm dak kompetittiv u dak ta` ħbieberija ser jintlgħabu ġewwa l-Każin 9 ta’ Mejju 1987 li huwa l-istess każin tal-Partit Nazzjonalista.

Bl-għajnuna tal-membri tal-kumitat tal-istess każin ser ikollna għad- dizpozizzjoni ta’ Subbuteo waħda mil- aqwa swali li hawn f`kazini politici f`Malta. Għal din l-okażżjoni tal-ftuħ uffiċjali ser ikollna logħba ta’ esebizzjoni li tibda fl-9.45am bejn żewg plejers li wieħed jilgħab ma’ Club Calcio Tavolo Barcelona Mortellito ta’ Sqallija u l-plejer l-ieħor jilgħab ma’ Subbuteo Club – Palermo bir-referee li huwa plejer ukoll ta` SS.Lazio Table Football Club.