Għall-ewwel darba minn mindu faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 f’pajjiżna, Malta kellha sebat ijiem infila fejn ma kien rappurtat ebda każ ġdid.
Dan tħabbar mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kmieni l-Ħamis filgħodu f’post fuq il-media soċjali.
Minkejja dan, l-Awtoritajiet tas-saħħa jkomplu jappellaw sabiex il-pubbliku jibqa’ kawt u jibqa’ josserva d-distanza soċjali, tintlibes maska protettiva filwaqt li jsir il-ħasil tal-idejn b’mod frekwenti.
Bħalissa f’Malta hawn biss erba’ każi attivi.
//= $special ?>