Magħruf bl-isem ta’ Ray Hushpuppi fuq Instagram, raġel Nigerjan huwa suspettati li huwa wieħed mill-imħuħ wara c-cyber attack li seħħ fuq il-Bank of Valletta s-sena li għaddiet.
Fl-attakk kienu insterqu mat-13-il miljun li sa issa għadhom ma ġewx irkuprati kollha.
In-Niġerjan, li ismu propja huwa Ramon Alorunwa Abbas, jinsab arrestat u qed jiffaċċja akkużi dwar ħasil ta’ flus.
Abbas, jew Hushpuppi, kif inhu aktar magħruf, qed jgħid, permezz tal-avukati tiegħu, li hu inħataf mill-FBI minn appartament f’Dubia f’Ġunju u ttieħed l-iStati Uniti fejn qed jiffaċċja akkużi serji.
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja minn naħa tiegħu qed jinsisti li r-raġel ġie mkeċċi mill-Ermirati Għarab Magħquda.
Hushpuppi kien kontinwament itella’ posts tal-ħajja lussuża li kien qed jgħix u għandu maż-2.5 miljun followers fuq Instagram.
Fost l-akkużi li għandu kontrih, Abbas qed ikun akkużat lil kien involut, flimkien ma’ raġel ieħor, f’cyberscam oħra ta 350 miljun lira Sterlina.
//= $special ?>