Futbol Sport

Inter b’rebħa faċli u jitilgħu fit-tieni post

(Ritratt: EPA)

SPAL- Inter telgħu fit-tieni post tal-klassifika meta barra minn darhom għelbu lit-tim li kważi matematikament relegat SPAL 4-0. Inter fetħu l-iskor fis-37 minuta meta kien ANTONIO CANDREVA li minn pass ta’ Sanchez għeleb lil Letica. Mal-55 minuta Inter irduppjaw permezz tad-difensur BIRAGHI. SANCHEZ  għamilhom 3-0 mas-siegħa logħob b’daqqa ta’ ras u GAGLIARDINI għalaq il-partita fit-73 minuta b’konklużjoni mill-viċin

TURIN- Torino saħħew posthom fis-Serie A f’rebħa diretta fuq Genoa, b’dawn tal-aħħar ikompli jiżdied il-periklu għalihom li jiġu relegati meta jinsabu punt biss fuq iż-żona l-ħamra. Torino ħolqu l-aħjar okkażjonijiet ta gowl fl-ewwel taqsima u kien GLEISON BREMER li fetaħ l-iskor fit-32 minuta b’daqqa ta’ ras wara corner ta’ Verdi.

It-tim ta’ Moreno Longo ssiġilla r-rebħa fis-76 minuta meta SASA LUKIC għeleb lil Mattia Perin b’xutt minn barra l-kaxxa. Il-captain ANDREA BELOTTI għamilhom tlieta fid-90 minuta b’azzjoni personali.

Serie A

Illum: Torino v Genoa 3-0, SPAL v Inter 0-4