Futbol Sport

It-tim Malti se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija f’Ottubru u Novembru

It-tim nazzjonali Malti se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija f’Ottubru u Novembru, kontra Ġibiltà u Liechenstein ripsettivament bħala tħejjija għal partiti mill-UEFA Nations League.

F’Marzu t-tim Malti kellu jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra Ġibiltà u l-Ażerbajġan u tliet partita oħra f’Ġunju, li ġew ikkanċellati minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Pajjiżna se jilgħab l-ewwel partita tal-UEFA Nations League f’Ta’ Qali kontra Andorra fl-10 ta’ Ottubru u tlett ijiem wara kontra l-Latvja. Fis-7 ta’ Ottubru t-tim Malti se jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra Ġibiltà.