Fl-aħħar aġġornament dwar il-kundizzjoni ta’ Alex Zanardi, it-tobba tal-isptar Santa Maria alle Scotte fi Siena qalu li bdew inaqqsu mill-coma artifiċjali. Minkejja dan il-kundizzjoni newroloġika ta’ Zanardi xorta waħda tibqa’ gravi filwaqt li s-sitwazzjoni respiratorja u metabolika tibqa’ stabbli.
Zanardi kien involut f’inċident ikrah bil-handbike tiegħu fid-19 ta’ Ġunju waqt kompetizzjoni fi Siena u minn dakinhar kien operat tliet darbiet.
//= $special ?>