Stephen Spiteri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna fil-parlament li l-Awditur Ġenerali kkonferma l-kritika tal-PN dwar il-bejgħ tal-isptarijiet
Fl-Aġġornament Stephen Spiteri tkellem dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-begħ tal-isptarijiet u qal li dan ir-rapport hu ċeritifkat ġust lill-Oppożizzjoni dwar il-bejgħ tal-isptarijiet.
Il-PN kien ilu jgħid li l-kuntratt ma kienx trasparenti; kien deal suspettuż u hu kuntratt li flok iħares l-interessi tal-poplu, ixaqleb lejn il-privat li ġie taparsi jinvesti iżda ġie biex jieħu l-flus fil-but.
Il-poplu llum għadu jsofri d-dejn l ħallew Vitals, li issa telqu. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jispċfiika li kien hemm MOU u intriċċi b’diskussjonijiet mal-kumpanija li kienet diġà informata biex ikunu huma li jieħdu l-konċessjoni għal 30 sena.
Il-gvernijiet Maltin iridu jħallsu €2.1 biljun għall-aħjar servizzi. Din il-konċessjoni kellha riżultat primeditat; inġustizzja fuq kumpaniji oħra li kienu interessati li jieħdu għal dan il-proġett.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Awditur Ġenerali qal li l-kumpanija ma kellhex esperjenza fis-settur mediku. Vitals kienet amministrata minn Oxley Group li kienet tispeċjalizza fl-artijiet, fit-trusts, fil-postijiet u fl-immaniġġjar tal-finanzi. Din hi sitwazzjoni serja li diġà jindikaw il-falliment ta’ dan il-kuntratt. Id-Deputat Prim Ministru ddikjara li ma kienx involut, ma kienx konsultat u ma jaf xejn dwar dan l-MOU.
Stephen Spiteri qal li anki l-Assoċjazzjoni tat-Tobba stqarriet li dan kien kuntratt ta’ bir bla qiegħ ta’ flus moħlija; Vitals ħadu l-flus u ma wettqu l-ebda modernizzar kif kienu obbligati jagħmlu.
L-Awditur Ġenerali qal li kien hemm fallimenti serji meta qal li l-Vitals kienet iktar minn ambizzjża fil-proġett li niżżlet bħala mria tagħhom fosthom fit-turiżmu mediku.
Dawn kienu jgħidu li se jiftħu t-turiżmu mediku meta fil-fatt din kienet biss fantażma u ħolma. Mhux biss San Luqa ma kienx finovat iżda hemm biss tifrik bis-soqfa kważi se jaqgħu.
//= $special ?>