Futbol Sport

Real Madrid champions għall-34 darba

(Ritratt: EPA)

Real Madrid saru champions tal-La Liga għall-34 darba meta f’darhom għelbu lil Villarreal 2-1. Real Madrid fetħu l-iskor wara nofsiegħa logħob wara bidu dominanti.

Kien pass intelliġenti ta’ Luka Modric li qatgħa għal kollox id-difiża ta’ Villerreal biex KARIM BENZEMA min pożizzjoni komda ma’ żbaljax. Real Madrid għalqu l-partita fil-75 minuta meta ngħataw penalty wara li Chakla deher iwaqqa’ lil Sergio Ramos fil-kaxxa bl-istess plejer minn ħdax –il metru jfalli. Wara konsultazzjoni mal-VAR ir-referee ddeċieda li l-penalty għandu jerġgħa jingħata u din id-darba KARIM BENZEMA ma żbaljax. Villarreal daħlu fil-partita fit-83 minuta meta minn cross ta’ Gaspar kien IBORRA li bir-ras għeleb lil Courtois. It-tim ta’ Zinedine Zidane kellu gowl mħassar fl-94 minuta minn MARCO ASENSIO.

Min naħa tagħhom Barcelona naqsu milli jgħelbu lil Osasuna u xorta waħda r-riżultat ta’ din il-partita ma kienx se jkollu effett fuq Real Madrid la darba huma rebħu.

Kienu Osasuna li fetħu l-iskor wara biss kwarta logħob meta minn cross ta’ Estupinan kien JOSE ARNAIZ li kkonkluda wara Ter Stegen. Barcelona ġabu d-draw fit-62 minuta bi freekick perfett ta’ LIONEL MESSI. Osasuna spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta Gallego deher ixejjer bil-minkeb lejn Lenglet. It-tim ta’ Jagoba Arrasate minkejja b’għaxar plejers xorta mar fil-vantaġġ fl-94 minuta meta wara kontrattakk kien ROBERTO TORRES li kkonkluda.

La Liga

Illum: Eibar v R. Valladolid 3-1, A.Bilbao v Leganes 0-2 , Barcelona v Osasuna 1-2, Celta Vigo v Levante 2-3, Getafe v A. Madrid 0-2, Mallorca v Granada 1-2, R. Betis v D. Alaves 1-2, R. Madrid v Villarreal 2-1, R. Sociedad v Sevilla 0-0, Valencia v Espanyol 1-0