Futbol Sport

Rebħa importanti għal Torino

(Ritratt: EPA)

Torino saħħew posthom fis-Serie A f’rebħa diretta fuq Genoa, b’dawn tal-aħħar ikompli jiżdied il-periklu għalihom li jiġu relegati meta jinsabu punt biss fuq iż-żona l-ħamra. Torino ħolqu l-aħjar okkażjonijiet ta gowl fl-ewwel taqsima u kien GLEISON BREMER li fetaħ l-iskor fit-32 minuta b’daqqa ta’ ras wara corner ta’ Verdi.

It-tim ta’ Moreno Longo ssiġilla r-rebħa fis-76 minuta meta SASA LUKIC għeleb lil Mattia Perin b’xutt minn barra l-kaxxa. Il-captain ANDREA BELOTTI għamilhom tlieta fid-90 minuta b’azzjoni personali.