Formula 1 Sport

Russell u Latifi se jibqgħu ma’ Williams għal staġun ieħor

(Ritratt: Formula 1)

Is-sewwieqa ta’ Williams George Russell u Nicholas Latifi se jibqgħu ma’ William anke fl-istaġun li ġej.

Russell iffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Williams l-istaġun li għadda iżda kien hemm ċans li fl-istaġun li ġej jagħmel il-qabża għal mat-tim ta’ Mercedes.

Wara bosta diskussjonijiet, Russell wasal fi ftehim biex jibqa’ ma’ Williams u b’hekk tikber il-possibilità li Mercedes jikkonfermaw lil Lewis Hamilton u Valtteri Bottas. Nicholas Latifi wkoll ikkonferma li se jkun qiegħed isuq ma’ Williams fl-istaġun li ġej wara li ffirma kuntratt ta’ tliet snin.