Il-Qorti tal-Appell Kriminali illiberat raġel ta’ 50 sena li kien ġie kundannat xahar ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati wara li kien insab ħati ta’ theddid u li ħareġ barra mill-limiti ta’ provokazzjoni meta kien ta’ fastidju fil-konfront ta’ erba’ persuni.
Il-każ kien seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2017 ghall-habta tas-2.00pm. ħdejn il-ħanut Japanese Auto Parts f’Ħal Qormi. Huwa kien ġie mmultat ukoll is-somma ta’ €2,500, li wkoll ġiet revokata.
Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera laqgħet it-talba ta’ Gordon Abela wara li semgħet is-sottomissjonijiet tad-difiża u qalet li sabiex
hija ssib ħtija hija meħteiga tal-allegati vittmi sabiex jipprovaw l-akkuża
mogħtija mill-Pulizija, f’dan il-każ Angelus Spiteri, Andy Spiteri, Carmen Spiteri, u Emmanuel Sammut.
Surġent tal-Pulizija qal li fil-21 ta’ Diċembru, 2017 bejn it-3.00 p.m u is-7.00 pm waqt li kien xogħol fl-għassa ta’ Ħal Qormi l-erba’ persuni stqarrew li
kollha raw lil Gordon Abela minn wara l-ħġieħ tal-hanut ‘Japanese Auto Parts’ bil-mobile f’idu u skond huma jieħu ritratti fuq parkeġġ tat-trakk tal-merkanzija li kienu qed iħottu xi xogħol fil-garaxx tagħhom.
Sostnew ukoll li l-akkużat qal il-kelma ‘Kornut’ u għalhekk żied l-argument ta’ bejneithom. Dawn semmewlu diversi atti ta’ provokazzjoni minn Gordon Abela li seħħew matul iż-ħmien li jinkludi parkeġġ ta’ van żgħir fuq xiri ta’ żewġ garaxxijiet, muntaġġi ta CCTV u ċellular fuq is-sit eletroniku ‘Facebook’ diskors fuq karozza bomba, mossi u ħwejjeġ oħra.
Is-Surġent tal-Pulizija għalhekk ghamel kuntatt ma’ Gordon Abela, li ntalab jmur l-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi biex jiġi mitkellem dwar ir-rapport li sar kontrih u l-verżjoni mogħtija mill-partijiet l-oħra konċernati.
Abela qallu li l-kelma ‘kornut’ li semmew l-partijiet jista’ jkun li qala’ pero waqt il-ġlieda mhux qabel. Dwar l-allegazzjoni li kien qiegħed bil-mobile f’idu jieħu ritratti, qal li vera kellu l-mobile f’idu iżda fuq ‘facebook’ u fl-ebda ħin ma ħa xi ritratti.
Gordon Abela qallu ukoll li kien Angelus Spiteri li stiednu għall-ġlied u huwa infurmah li ma anzjani ma jiġġelidx. Il-Qorti qalet li rat numru ta’ ritratti li waħedhom ma jfissru u ma jikkoloboraw xejn.
Tenniet li sabiex jiġu pruvati l-akkużi kien neċessarju li jixhdu l-allegati vittmi sabeix jgħidu kif ħassewhom inġurjati u kif sar fastidju fuqhom. Il-fatt li għażlu li ma jixhdux ifisser li kienu qed jirrinunzjaw għal azzjoni kriminali u għalhekk Abela ma setax jinstab ħati.
//= $special ?>