Internazzjonali

Tina Turner tirritorna b’remix ma’ Kygo

Il-kantanta maħbuba minn bosta ġenerazzjonijiet, Tina Turner tinsab lura fix-xena mużikali b’remix tal-kanzunetta famuża, “What’s Love Got To Do With It?”

F’kollaborazzjoni mad-deejay Norveġiż, DJ Kygo , fl-età ta’ 80 sena, Turner ħadmet fuq din l-avventura ġdida. Dan sena wara li l-istess Kygo għamel remix tal-kanzunetta “Higher Love” tal-mibkija Whitney Houston.

Dan kollu ħabbru DJ Kygo fuq il-paġna personali tiegħu ta’ Instagram – fejn spjega li l-kanzunetta ser tkun disponibbli għall-pubbliku għada, il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju.

Huwa spjega li s-sentiment huwa sempliċiment surreali li kellu l-opportunità li jaħdem ma’ artista leġġendarja bħal Tina Turner.