Il-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja ma aċċettatx ftehim ewlieni li jamministra t-trasferiment tad-data ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea lill-Istati Uniti.
Il-ftehim – EU-US Privacy Shield – għandu jippermetti biex il-kumpaniji fl-Ewropa jimpenjaw ruħhom għal livelli ta’ segretezza ogħla, qabel jgħaddu d-data lill-Istati Uniti.
Madankollu, avukat li jispeċjalizza f’issues ta’ privatezza sfida dan il-ftehim bl-argument li l-liġijiet għas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Uniti ma jipproteġux liċ-ċittadini tal-UE ‘minn sistemi ta’ sorveljanza fuq il-livell ta’ Gvern’.
Max Schrems, l-Awstrijak wara dan il-każ, fisser l-iżvilupp bħala ‘rebħa għall-privatezza’ u spjega li hu ċar li l-Istati Uniti se jkollha tibdel bis-serjetà l-liġijiet tagħha għal sorveljanza, dejjem jekk il-kumpaniji Amerikani jridu jkomplu jilgħabu rwol fis-suq tal-UE.
Is-Segretarju tal-Kummerċ Amerikan, Wilbur Ross, qal li d-dipartiment tiegħu ‘jinsab diżappuntat bil-kbir’ bid-deċiżjoni. Ross qed jittama, intant, li jista’ ‘jillimita l-konsegwenzi negattivi’ għall-kummerċ fuq livell transatlantiku ekwivalenti għal $7.1 triljuni.
//= $special ?>