Sport Sport Ieħor

Valentino Rossi jindika li se jibqa’ ma’ Petronas anke fl-istaġun li ġej

(Ritratt: EPA)

Wara l-ewwel seejoni tal-provi fiċ-ċirkwit ta’ Jerez fi Spanja, is-sewwieq Taljan ta’ Yamaha Petronas Valentino Rossi indika li staġun ieħor hu se jkun qiegħed isuq għal ħdax –il sena konsekuttiva ma’ Yamaha.

Rossi qal li bħalissa għaddej f’diskussjonijiet mad-diriġenti ta’ Yamaha u qal li minkejja l-ispekulazzjonijiet li diġa ffirma, qal li għadhom ‘il bogħod milli jilħu ftehim dwar il-firma iżda xorta indika li se jkun ma’ Yamaha staġun ieħor.

Matul il-karriera tiegħu, Valentino Rossi rebaħ seba’ kampjonati tad-dinja u ilu ma’ Yamaha sa mill-2013 wara esperjenza li kellu mal-istess tim bejn 2004 u l-2010. L-istaġun tal-Moto GP ta’ din is-sena se jibda fi tmiem din il-ġimgħa fiċ-ċirkwit ta’ Jerez fi Spanja.