Andre Schürrle ħasad lid-dinja tal-futbol internazzjonali hekk kif ħabbar li rtira mill-futbol fl-età ta’ 29 sena. L-eks plejer ta’ diversi klabbs fosthom Chelsea u Borussia Dortmund ikkanċella l-kumplament tal-kuntratt mat-tim tal-Bundesliga aktar kmieni din il-ġimgħa. L-istaġun li għadda, Schürrle lagħab b’self ma’ Spartak Moscow wara li fl-istaġun ta’ qabel lagħab b’self ukoll ma’ Fulham.
Għalkemm kellu karriera relattivament qasira ta’ 11-il sena, Schürrle rebaħ il-Premier League ma’ Chelsea, it-Tazza Ġermaniża ma’ Borussia Dortmund u t-Tazza tad-Dinja tal-2014 mal-Ġermanja. F’intervista mal-gazzetta Ġermaniża Der Spiegel, Schürrle qal li d-deċiżjoni mmaturat wara diversi xhur ta’ ħsieb. Schürrle kellu esperjenzi ma’ Mainz u Bayer Leverkusen qabel kompla l-karriera fl-Ingilterra.
Il-kulminu tal-karriera tiegħu kienet żgur it-Tazza tad-Dinja tal-2014 meta fosthom skorja doppjetta fir-rebħa kbira li l-Ġermanja kienet kisbet fuq il-Brażil bl-iskor ta’ 7-1. Hu saħansitra ta l-passaġġ lil Mario Götze biex skorja l-gowl tar-rebħa fil-finali kontra l-Arġentina.
//= $special ?>