Il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro reġa’ nstab pożittiv għall-Coronavirus, dan skont rapporti mxandra fuq numru ta’ aġenziji tal-aħbarjiet internazzjonali.
Din l-aħbar tfisser Bolsonaro għadu ma rkuprax mid-dijanjosi oriġinali mħabbra ġimgħa ilu.
Kemm ilu li marad bil-Covid-19, Bolsonaro qal li hu jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa ta’ tajba u aktar kmieni din il-ġimgħa sostna li se jkompli bl-iskeda normali tax-xogħol tiegħu jekk jirriżulta li fieq mill-virus.
Fil-ġimgħat li għaddew, il-President Brażiljan sostna li l-Coronavirus m’hu xejn ħlief “daqsxejn ta’ deni” u insista li l-marda kienet qed tkun esaġerata mill-mezzi tax-xandir u mill-avversarji tiegħu bl-għan li jqarrqu bil-pubbliku.
Infatti huwa issa qed ikun mqabbel ma’ Donald Trump, bħala wieħed mill-mexxejja li ħalla din l-imxija tirkeb lill-pajjiż, u li ħa ftit li xejn azzjoni biex jħares lin-nies tiegħu.
//= $special ?>