Il-Gvern Ingliż ħabbar pjan biex minn Ottubru li ġej jibdew jirritornaw il-partitarji fl-istadiums. Il-Prim Ministru tal-pajjiż Boris Johnson qal li l-provi għal attivitajiet tal-massa se jibdew mill-istadiums sporitivi.
L-attivitajiet tal-massa ta’ avvenimenti sportivi ilhom sospiżi minn Marzu bħala parti mill-miżuri ta’ distanza soċjali li daħlu fis-seħħ biex jikkombattu l-pandemija tal-coronavirus.
Fost l-avvenimenti pilota, hemm il-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker fi Crucible Theatre f’Sheffield, żewġ avvenimenti tat-tiġrijiet taż-żwiemel u żewġ partiti ta’ ħbiberija tal-cricket, avvenimenti li kollha se jsiru lejn tmiem Lulju u l-bidu ta’ Awwissu.
L-attendenza f’avvenimenti sportivi fil-futur se jkunu suġġett għal numru ta’ kundizzjonijiet stretti. Dawn jinkludu informazzjoni mit-tmexxija tal-istadium dwar il-miżuri, kodiċi ta’ imġieba għall-ispettaturi, tiġi rrispettata d-distanza soċjali, jiġi evitat l-użu tat-trasport pubbliku u jipprovdu iġjene addizjonali.
//= $special ?>