Għat-18-il sena konsekuttiva, qed tiġi organizzata l-maratona OĦLOQ TBISSIMA, maratona ta’ 21 siegħa b’risq il-missjonijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.
Din is-sena, OĦLOQ TBISSIMA qed tieħu xejra differenti mis-soltu, u minflok fil-bitħa ta’ Dar San Ġużepp, se tixxandar mill-istudios tal-istess dar f’Santa Venera, mal-linji gwida maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa dwar il-COVID-19.
Net News kien preżenti għall-ftuħ ta’ din il-Maratona u tkellimna ma Fr Louis Mallia. Hu spjega li l-maratona ta’ din is-sena se jkollha sinifikat iktar qawwi fid-dawl tal-pandemija li ħakmet lid-dinja kollha.
Il-maratona OĦLOQ TBISSIMA se tkun qed tixxandar bejn il-5.00pm u nofs il-lejl, il-Ġimgħa 17, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju.
//= $special ?>