Ekonomija Lokali Unjoni Ewropea

Jiftaħ is-summit tal-UE

Kmieni dalgħodu ingħata bidu għas-Summit tal-UE li fih se jiġi deċiż mhux biss il-Budget Ewropew iżda wkoll kif se jitqassam il-pakkett marbut mar-Recovery Fund għal kontra l-Covid-19.

Id-diskussjonijiet bejn is-27 pajjiz membru tal-UE bdew għall-habta tal-10am, u wieħed jistenna laqgħa-maratona fil-kapitali Belgjana. Dan għaliex hemm pozizzjonijiet li għadhom mhux jikkonverġu, bil-Prim Ministru Ċek Andrej Babiš jiddeskrivi l-Fond tal-Covid bħala wieħed “ineffettiv u li mhuwiex ġust.”

Anke l-Olanda qed iżomm pożizzjoni iebsa fuq il-mod kif se jitqassmu l-flus. Għalkemm il-Bank Ċentrali Ewropew qed jappoġja l-pjan ambizzjuz li tressaq mill-Kummissjoni Ewropea.

Lejliet dan il-Kunsill Ewropew, kien hemm laqgħa bejn il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte u l-President Franċiż Emanuel Macron; żewġ pajjiżi li kienu fost l-aktar milquta mid-daqqa tal-Coronavirus.