Sewwieq Kroat ta’ 43 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tal-5pm, huwa tilef il-kontroll tal-mutur Kymco Agility li kien qed isuq fi Triq F. Busuttil, Birkirara, u nqeleb
Fuq il-post issejjħu l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ambulanza, bit-tim mediku jagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel residenti l-Mosta u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
//= $special ?>