Futbol Sport

Leeds United finalment se jilagħbu fil-Premier League staġun ieħor wara stennija ta’ 16-il sena

Leeds United temmew l-istennija ta’ 16-il sena biex jirritornaw fil-Premier League wara li West Browmich Albion tilfu kontra Huddersfield. Leeds kisbu l-promozzjoni b’żewġ logħbiet għat-tmiem u hi tpattija sportiva wara li fl-istaġun li għadda tilfu fil-play-off.

It-tim ta’ Marcelo Bielsa jinsab viċin li jirbaħ il-kampjonat u jkun biżżejjed għalihom jekk Brentford ma jirbħux kontra Stoke. Leeds jonqoshom jilagħbu kontra Derby County il-Ħadd li ġej u kontra Charlton l-Erbgħa 22 ta’ Lulju.

F’dan il-perjodu li kienu nieqsa mill-ogħla diviżjoni, Leeds United anki lagħbu għal tliet staġuni f’League One. Fl-istorja tagħhom, Leeds kienu champions tal-Ingilterra għal tliet darbiet u rebħu darba l-FA Cup, darba l-League Cup u d-darbtejn il-Community Shield.