Lokali Qorti

“Mizzi u Schembri dejjem ċaħdu miegħi l-involviment tagħhom fuq il-Panama Papers” – Kurt Farrugia

“Meta ħarġet l-istorja fuq il-Panama Papers u aktar tard il-kumpanija 17 Black u ssemmew Konrad Mizzi u Keith Schembri u kellimthom dwar dan, huma ċaħdu mill-ewwel minkejja li kont kellimthom u wrejt il-preokupazzjoni tiegħi.

“Meta darba Daphne Caruana Galizia tellgħet post b’ritratt ta’ kappell tal-Panama u nagħġa ta’ New Zealend u ssemma Konrad Mizzi, u kellimtu dwarha – Konrad Mizzi qalli ….li dan mhuwa xejn ħlief bluff.”

“Meta sirt naf li dan kien minnu kont għidt li Konrad Mizzi u lil Keith Schembri li ma kellhomx iżommu l-pożizzjoni li kellhom., anke jekk kienu mumenti diffiċli, meta kien tneħħa Konrad Mizzi minn Ministru u Keith Schembri għax it-tnejn kelhom rwol importanti, imma emmint li kellhom jitilqu”.

Dan stqarru Kurt Farrugia, l-eks Kap tal-Kommunikazzjoni tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat meta kien jixhed fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, biex ikun magħruf jekk l-investigazzjonijiet li saru u l-mod setgħux evitaw li hija tinqatel.

Farrugia qal li dak iż-żmien li ħarġu fil-beraħ il-Panama Papers, xi membri tal-Kabinett bdew jagħmlu pressjoni fuq Konrad Mizzi u Keith Schembri biex jirreżenjaw.

Qal li meta Mizzi tneħħa minn Ministru tal-Enerġija kien diffiċli biex jingħalqu ċerti proġetti. Dwar Keith Schembri dan kien jikkordina ċertu xogħol, u qal li sema’ xi nies jgħidulhom biex jitilqu.

L-eks Kap tal-Kommunikazzjoni qal li hu kien tal-opinjoni li nies f’pożizzjoni bħal dik ma setgħux ikunu nvoluti f’kontroversji bħal dawn peress li l-pożizzjoni tagħhom m’għandhiex tibqa’ tenibbli u li hu dan id-diskors qalulhom.

L-avukat Jason Azzopardi staqsa lil Farrugia jekk hu kienx ikkonfronta lil Keith Schembri fuq il-kumpaniji miftuħin b’mod sigriet il-Panama u l-effett ta’ dan fuq   il-Gvern u fuq il-pajjiż. Farrugia wieġeb, fl-affermattiv.

Huwa qal li kien qal li qed issir ħsara lill-pajjiż b’dan l-atteġġjament u dan kien jgħodd ukoll għal Konrad Mizzi. Huwa qal li għall-ewwel kien jemmen lil Keith Schembri kien onest u bħal Konrad Mizzi għalihom meta kien isemmilhom il-Panama Papers, kienet qisha ħarġet informazzjoni ġdida.

Ix-xhud qal li qatt ma sema fuq xi affarijiet problematiċi dwar il-power station u kollox deher li kien in good faith…Ma jiftakar fl-ebda ħin li kien  f’laqa li ttieħdu xi deżiżjonijiet għal xi gwadan għalihom….Fuq id-deal tal-Montenegro ħarġu fatti wkoll li hu qal li ma kienx jaf bihom. 

Mistoqsi jekk qattx ra lil Brian Tonna f’Kastilja wara l-2017, Kurt Farrugia qal li ma jiftakarx. “Ma kontx nafu sew. Kien hemm għal audit li kienet qed tagħmel il-kumpanija tiegħu”, żied jgħid. “M’għandix idea li Tonna kellu desk l-OPM”, huwa saħaq.

Fix-xhieda tiegħu Farrugia qal ukoll li jemmen li l-ġurnalisti kellhom jiġu mistednin għall-mawra fl-Ażerbajġan anke jekk hu ħareġ stqarrija dwar il-mawra u li l-media tal-Ażerbajġan kienet ukoll irrappurtat kolox fuq il-media soċjali.

Kurt Farrugia qal li il-laqgħat kollha li saru fuq diversi proġetti u li hu kien preżenti għalihom dejjem saru biex l-affarijiet isiru sew bil-pajjiż u l-poplu jibbenefika, u għaldaqstant huwa kien inħasad meta ħarġu diversi stejjer dwar dak li seta’ ġara.

Farrugia qal ukoll li hu ma kienx jaf li Keith Schembri u Yorgen Fenech kienu ħbieb kbar, qieshom aħwa kif ġie rrappurat li ntgħad anke fil-media fl-aħħar xhur.

Dwar meta faqqaw il-Panama Papers tenna li hu kien jirreaġixxi skont il-bżonn. Hawn saħaq li r-reazzjoni Keith Schembri u Konrad Mizzi meta kellimhom fuq dak li kien qed joħroġ fuqhom dejjem qalulu li dan kollu mhux minnu u nħarġet stqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni biex tissostanzja dan.

Kienu anke ħarġu stqarrijiet mill-Ministeru li huwa kien jara.  Kien jitkellem ma’ Joseph Muscat fuq il-Panama Papers, “u kienu jimxu fuq l-informazzjoni li kienu jgħaddulna” huwa qal.

Ma kienx jivverifika l-fatti, kienu joqgħod fuq dak li jgħidu huma u l-Gvern kien ukoll jieħu pożizzjoni. Mistoqsi mill-Bord jekk Karl Cini u Brian Tonna kellhomx uffiċċji Kastilja, huwa wieġeb fin-negattiv.

Fil-bidu tax-xhieda tiegħu Kurt Farrugia qal li bejn l-2008 u l-2013 kien Direttur tal-Kommunikazzjoni tal-Partit Laburista u wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni huwa beda jaħdem mal-Gvern b’kuntratt ta’ sena sena.

Ix-xhud qal li d-doveri tiegħu kien li jinforma x-xogħol li kien jagħmel il-Gvern u jikkordina mal-Ministri. Tenna li kien hemm struttura politika apparti dik taċ-ċivil li kien jirrispondi għaliha.

Bħala Staff dirett kellu ħamsa miegħu u dawn kienu jiktbu stqarrijiet, kienu fid-dipartiment tar-riċerka, loġistika u Marketing. Fuq domanda tal-Imħallef  Michael Mallia jekk kienx qed jirreaġixxi għall-kritika għal xi deċiżjonijiet tal-Gvern.

Huwa qal li kien jirreaġixxi. Dwar il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia qal li dan kien beda qabel 2013. Tenna li fl-elezzjoni ġenerali tal-2008 kienet iebsa ħafna fil-konfront tal-Partit Laburista meta huwa kien ġurnalist tal-portal MaltaStar u kien ukoll l-editur tagħha.

Tenna li hija kienet tikkritika kmamar tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista anke dawk indipendenti li ma jkunux voċiferi fil-konfront tal-partit. Qal li jiftakar li waqt il-kampanja elettorali tal-2008 waqt dibtattitu li kien hemm mal-mexxejja tal-partiti fl-Università,  u fost l-udejnza kien hemm ħafna storbju u bbujjar.

Kompla jgħid li kienu għamlu storja fuqha, fejn fid-dibattitu kien hemm anke diskors fuq parrokki.  Kien hemm cameraman tal-One, li kellu nċident mat-tifel tagħha Paul.

Minn dak inhar il-quddiem qal li fejn jidħol hu, r-rapport ma’ Daphne Caruana Galizia tiegħu dejjem bħala ġurnalista, kie normali. Kellu relazzjoni tajba magħha kif kellu u għandu mal-ġurnalisti kollha.

Xehed li anke jekk ġieli weġġatu bi kliemha, bħal rimarki personali, tenna li dak kien l-istil tagħha. Ix-xogħol tagħha kien dwar gossip l-aktar, u ħafna stejjer kienu intiżi li jweġgħu, anke tfal ta’ politiċi ġieli ssemmew. Ħafna drabi ma kienx ikun hemm reazzjoni fil-konfront tagħha.  

Fuq mistoqsija pertinenti tal-Bord huwa kkonferma, li Karl Cini u Brian Tonna  żgur li ma kellhom uffiċċju f’Kastilja, imma kien hemm perjodu li kienu jagħmlu xi xogħol fl-uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan ix-xogħol ma kienx fuq iċ-ċittadinanza imma fuq awditjar li kienu jagħmlu għall strutturi tal-Gvern.

Kurt Farrugia qal li qatt ma kellu f’idejh rapporti tal-FIAU għax qatt ma kellu aċċess għalihom, li kien jara kien biss minn fuq il-media li kienu leaked. Dwar dak inhar li ħarġet l-aħbar tal-qtil Daphne Caruana Galizia kien se  jirrispondi għall-estimi tal-bugdet il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

Qal li dak inhar hu kien għat-tnedija tal-kumpanija Parallels, kumpanija fuq teknoloġija ġdida li kienet qed tiġi żviluppata f’Malta. Kien hemm preżenti delegazzjoni kbira, u preżenti kien hemm fost oħrajn il-Prim Ministru, l-Ministru tal-Ekonomija imma Keith Schembri ma kienx magħhom, imma jidhirlu li kien Kastilja.

Kif spiċċat l-attivita qal li kienu semgħu bl’aħbar li saret xi karozza bomba fil-Mosta, u l-Prim Ministru kien qal li dik hija rotta fejn tgaġddi l-mara u t-tfal u semma wkoll lil missieru.

Qal li dak iż-żmien kien hemm diversi karozzi bombi oħra, fosthom dik li saret f’nofs tat-triq fl-Imsida. Il-Prim Ministru kien qallu biex iċempel lill-Brigadier, u anke  ċempel lill-Kummissarju tal-Pulizija, li kien qallu li jista’ jkun li għamlu bomba lil Daphne Caruana Galizia. 

Jiftakar li l-Prim Ministru kien ċempel lill-Kap tal-Oppożizzjoni u jiftakar li kulħadd kien taħt xokk. Kienu qalulhom li lil min għamlu l-bomba kien miet jew mietet. Kienet issejjħet il-media u ħafna ġurnalisti bdew iċemplu lilu għall-konferma u hu beda jgħidilhom biex imorru l-konferenza għall-istampa. Il-Prim Ministru beda jagħmel it-telefonati.

Ix-xhud qal li f’Ġunju 2017, il-Partit Nazzjonalista kien għaddej minn proċess ta’ elezzjoni għal Kap tal-Partit. Daphne Caruana Galizia kienet dak iż-żmien naqset id-doża fuq il-Partit Laburista u bdiet tikkonċentra fuq il-Partit Nazzjonalista.

Dwar kif kien jaf lil Keith Schembri qabel l-2008 ma kienx jafu fuq bażi personali imma fuq bażi biss fuq ‘hello and bye’. Meta beda jmur fil-Kwartieri tal-Partit Laburista kienu jitkellmu fuq politika u kien jaf li kien ħabib mal-Prim Ministru.

Ma kienx iżda jaf li hu kien ħabib ta’ Yorgen Fenech, u r-relazzjoni kienet aktar professjonali miegħu u aktar ma għadda ż-żmien saru ħbieb. Dwar jekk kienx jaf lil Yorgen Fenech qal li ma kienx jaf bih, u aktar kien sema’ b’missieru George.

Qal li wara l-2013 rarament rah f’okkażjonijiet u li dawn kienu jkunu relatati ma events pubbliċi – mhux mass meetings. Jiftakar li rah darba Kastilja fejn kien hemm sala mimlija nies.

Fuq Konrad Mizzi qal li sar jafu fl-2010 jew l-2011 u Joseph Muscat qallu li kien se joħroġ għall-elezzjoni u beda jieħu rwol u beda jitkellem fuq issues li għandhom x’jaqsam mal-enerġija bejn 2011 u 2012.

Dwar il-blog ta’ Glenn Beddinfield qal li ma kellux x’jaqsam. Tenna li Beddingfield kellu aspirazzjonijiet politiċi. Kien voċiferu staqsa l-Bord  u kont taqbel miegħu?

Ix-xhud qal li ġieli qabel miegħu u ġieli le, kien ħabib tiegħu u ġieli qallu ‘li hemm affarijiet li seta’ jgħaddi mingħajrhom”.   

Fuq il-briefings tal-Pulizija fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, qal li kien darba preżenti fuq azzjonijiet li kienu se jieħdu fuq persuni li allegatament kellhom x’jaqsamu.

Kien hemm preżenti il-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, il-Brigadier , il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Ispettur Keith Arnaud, imma ma jiftakarx li kien hemm Silvio Valletta dak inhar .  

L-Imħallef Emeritu Michael Mallia staqsa dwar Chelgate.  U Farrugia qal li sema’ b’dn il-kumpanija barranija li kien hemm xi interazzjonijiet magħha fl-2018.

Il-kumpanija hija waħda tar-relazzjonijiet pubbliċi, li Farrugia ġieli kkomunika magħha biex toħloq abbozz tal-messaġġ tal-Gvern, speċjalment fil-konfront tal-midja barranija.

Huwa kien ikkomunika ma’ ċertu Robert Winstanley. Dan ġieli ġie Malta. Mistoqsi fuq il-portal tal-aħbarijiet Żvizzeru Republique, Farrugia qal li kien kellem lil ġurnalist minn hemm imma ma jiftakarx x’jismu. Kienu tawhom dokument.

Wara x-xhieda ta’ Kurt Farrugia, oħt Daphne Caruana Galizia ippreżentat dokument artikli u recording ta’ Daphne Caruana Galizia fejn kienet tagħmel ħafna domandi fuq il-korruzzjoni lill-Gvern mingħajr ma kienet tingħata tweġiba.

L-inkjesta pubblika hija mmexxija mill-Imħallef irtirat Michael Mallia, l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall-familja Caruana Galizia. L-inkjesta tkompli nhar l-Erbgħa fid-9.15 am. fejn għandu jixhed il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo.