Tfajla li kellha biss 17-il sena meta kienet mixlija li ssupplixxit id-droga kokaina u eroina u li kienet fil-pussess tal-istess droga kellha sentenza ta’ 12-il xahar ħabs sospiża fl-appell.
It-tfajla, li mhux qed tissemma minħabba l-età tagħha dak iż-żmien, kienet wieġbet ħatja għall-akkużi ta’ traffikar u kienet ikkundannata 12-il xahar ħabs.
L-avukati tagħha, Ishmael Psaila u Edward Gatt, appellaw, billi qalu li l-piena kienet iebesa wisq u ma tirriflettux iċ-ċirkostanzi tal-każ. It-tfajla kienet qed tittraffika billi kienet qed taqsam id-droga ma’ ħaddieħor, argumentaw l-avukati tagħha.
Iċ-ċirkustanzi familjari tagħha dak iż-żmien wassluha għal ċrieki frekwenti ta’ droga, li ma kinux iħalluha tosserva l-ordni ta’ probation li kienet taħtha. Minn dakinhar kienet għelbet id-dipendenza tad-droga tagħha stess, qalu l-avukati. Hija kellha biss 17-sena, meta l-uffiċjal tal-probation tagħha kien irrapportaha li ma kinitx qed tattendi għal xi laqgħat.
L-Imħallef Aaron Bugeja qal li kien qed iżomm l-ordni ta’ probation tagħha. L-avukati tagħha kienu argumentaw li l-qorti ma kinitx qieset l-età tagħha, iżda l-Imħallef Bugeja ma qabilx dwar dan, waqt li rrimarka li l-piena kienet qrib il-minimu għad-delitt li hija wettqet, anke wara li kkunsidrat l-età tagħha.
Madankollu, qal, ikun fl-aħjar interess tagħha li tkun sottomessa għal sentenza sospiża, waqt liema żmien tkun taħt superviżjoni professjonali biex tgħinha tegħleb il-vizzju tad-droga tagħha għal kollox.
L-Imħallef Bugeja issospenda sentenza ta’ 12-il xahar ħabs għal tliet snin, u impona wkoll ordni ta’ superviżjoni ta’ tliet snin. L-imħallef ordna li rapport dwar il-progress tagħha għandu jsir kull sitt xhur u li għandu jitressaq mill-uffiċjal tal-probation tagħha fil-qorti.
//= $special ?>