Formula 1 Sport

Vettel itemm it-tieni sessjoni fuq quddiem fiċ-ċirkwit imxarrab ta’ Hungaroring

(Ritratt: EPA)

Sebastian Vettel ta’ Ferrari spiċċa qabel Valtteri Bottas ta’ Mercedes fit-tieni sessjoni ta’ prattika li saret taħt xita kontinwa fiċ-ċirkwit ta’ Hungaroring fl-Ungerija. Vettel kien 0.272 ta’ sekonda aktar veloċi minn Bottas.

Fit-tieni sessjoni Lewis Hamilton naqas li jagħmel ħin u kienu biss 13-il sewwieq li għamlu tal-anqas ħin wieħed. Sewwieqa bħal Vettel, Bottas u Carlos Sainz kollha kienu bil-wet tyres minħabba li dawk li ppruvaw isuqu bit-tyres intermediate, naqsu li jtejbu l-ħin.

Fis-sessjoni ta’ filgħodu meta ma niżlitx ix-xita fuq iċ-ċirkwit, Hamilton kien l-aktar veloċi b’distakk minimu fuq sieħbu Valtteri Bottas. F’din is-sessjoni, Red Bull kienu distakkati minn ma’ Mercedes. Is-sewwieqa ta’ Red Bull ukoll kienu qed isuqu b’tyres differenti minn ta’ Mercedes.

Ikkummenta