Formula 1 Sport

Żewġ każijiet ta’ coronavirus fiċ-ċirkwit ta’ Hungaroring fl-Ungerija

(Ritratt: EPA)

Il-Formula 1 kkonfermat żewġ każijiet ta’ coronavirus f’testijiet li saru qabel bdew is-sessjonijiet liberi tal-Grand Prix tal-Ungerija. B’kollox saru 4,997 test il-Ħamis, biż-żewġ persuni pożittivi ma kinux preżenti fl-Awstrija u jidher li mhumiex impjegati tat-timijiet.

Minħabba l-miżuri stretti ta’ saħħa, il-persuni konċernati ġew iżolati u mhux mistennija jħallu impatt fis-sessjonijiet skedati. Il-protokolli mediċi użati jistgħu jassiguraw li l-avvenimenti jistgħu jsiru anki jekk ikun hemm każijiet pożittivi.