Internazzjonali

Eluf ta’ dimostranti Russi jipprotestaw kontra l-arrest ta’ Sergei Furgal

Ritratt: Reuters
Huma ħonqu lill-kapitali tar-reġjun ta' Khabarovsk, fejn Furgal huwa Gvernatur popolari li fl-2018 għeleb kandidat leali lejn Vladimir Putin

Eluf ta’ dimostranti rħewla fit-toroq tal-belt Russa ta’ Khabarovsk, fil-lvant tal-pajjiż mal-fruntiera maċ-Ċina, biex jipprotestaw kontra l-arrest tal-Gvernatur popolari tar-reġjun, Sergei Furgal.

Dan wara li nżamm arrestat fuq suspett t’omiċidju biex il-ġimgħa l-oħra kien estradit lejn il-kapitali Russa, Moska.

Dan sabiex jinżamm f’detenzjoni qabel ġuri li se jgħaddi fejn jaf jaffaċċja sentenza t’ għomru l-ħabs fuq akkużi t’involviment fil-kummissjoni ta’ numru t’assissinji ta’ negozjanti 15-il sena ilu.

Furgal, li ċaħad l-akkużi miġjuba kontrieh, kien il-Gvernatur li rebaħ bil-kbir kontra r-rivali tiegħu mill-Partit tal-Unjoni Russa, li jappoġġjaw lill-President Russu, Vladimir Putin.

Id-dimostranti ħonqu t-toroq tal-belt 3 ġimgħat biss wara r-rebħa ta’ Putin f’referendum b’emendi fil-kostituzzjoni li jistgħu jarawh imexxi l-Kremlin għal 16-il sena oħra.

Huma talbu għall-ħelsien mill-arrest ta’ Furgal u sabiex jaffaċċja ġuri trasparenti u imparzjali kontrih fir-reġjun tiegħu stess fejn kien elett.

epa08538279 Russian policemen escort arrest governor of Khabarovsk territory Sergei Furgal to Basmanny district court in Moscow, Russia, 10 July 2020. Sergei Furgal was arrested yesterday suspected in organizing several contract killings of businessmen, his business partners in 2004-2005. The court has to confirm his arrest on a request of the Investigative Committee. EPA-EFE/MAXIM SHIPENKOV