Lokali

Ftuħ mill-ġdid ta’ Sub Uffiċju tal-Posta fl-Għasri u jingħalqu ta’ San Pawl il-Baħar u l-Iklin

Il-kumpanija MaltaPost tixtieq tinforma lill-pubbliku li s-Sub Uffiċċju tal-Posta, li jinsab fil-binja tal-Kunsill Lokali tal-Għasri se jerġa jiftaħ għan-negozju minn nhar it-Tnejn 20 ta’ Lulju 2020.

Sadanittant il-MaltaPost qalet ukoll li tixtieq tinforma lill-pubbliku li s-Sub Post Office ta’ San Pawl il-Baħar li jinsab f’ ‘Paul’s Arcade’, fi Triq il-Kaħli, u dak li jinsab f’ ‘Tronic Peach’, Triq iċ-Ċitru, l-Iklin m’għadhomx joperaw bħala Sub Post Offices.

Jekk ma ittri jew pakketti postali li jeħtieġu firma jew dawk li ma jidħlux fil-kaxxa tal-ittri tar-residenti, dawn ikunu jridu jinġabru mill-Fergħa Postali l-aktar qrib tagħhom.

Residenti ta’ San Pawl il-Baħar iridu jiġbru l-oġġetti postali tagħom mill-Fergħa Postali ta’ San Pawl il-Baħar li jinsab f’ 511, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar. Residenti tal-Iklin jistgħu jiġbru l-oġġetti postali tagħom miċ-Ċentru Ċiviku tan-Naxxar, li jinsab fi Vjal il-Wieħed u Għoxrin ta’ Settembru, Naxxar.

Ir-residenti huma mfakkra li jistgħu jagħżlu li jibagħtu l-pakketti f’Easipik Parcel Locker u jiġbruh 24/7. Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur is-sit www.maltapost.com/easipik.