Wara 8 ijiem mingħajr każi, is-Sibt reġgħu bdew ifeġġu l-każi ġodda ta’ COVID-19 f’pajjiżna.
F’post fuq il-paġna ta’ Facebook tad-Direttorat tas-Saħħa, tħabbar każ ġdid ta’ Coronavirus din id-darba impurtat minn barra minn xi ħadd resident Malta.
Il-persuna pożittiva in kwistjoni esperjenzat sintomi tal-Coronavirus jiem wara li rritornat lura pajjiżna mis-safar.
Pajjiżna fetaħ il-fruntieri tiegħu fl-1 ta’ Lulju li għadda, bl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jiftaħ għal numru ta’ destinazzjonijiet li ġew emendati nhar l-Erbgħa li għadda hekk kif il-Gvern żied 28 destinazzjoni ġdida.
Minkejja il-ftuħ tal-ajrport, huwa ċar li l-virus għadu fostna tant li l-awtoritajiet tas-saħħa għadhom jappellaw lill-pubbliku biex iżommu d-distanzi soċjali, jaħslu jdejhom spiss kif ukoll jilbsu l-maskri protettivi, kemm fil-ħwienet u saħansitra anki fuq il-Gozo Channel fost l-oħrajn.
Dan il-każ ġdid instab fost 848 swab test, bid-Direttorat tas-Saħħa jgħid li ħadd ma fieq mill-COVID-19 is-Sibt.
B’hekk, il-każi attivi telgħu għal 4 biex issa pajjiżna b’kollox irreġistra 675 każ pożittiv mill-COVID-19 sa mis-7 ta’ Marzu.
B’kollox fiequ 662 persuna filwaqt li pajjiżna ġarrab 9 telfiet mill-Coronavirus sa mit-8 t’April li għadda.
//= $special ?>