Internazzjonali

“L-Istati Uniti tilfet ġgant tal-libertajiet ċivili”

Ritratt: Riccardo S. Savi/Getty Images
Titħabbar il-mewt tal-ikona Amerikana tad-drittijiet ċivili, John Lewis

Il-Ġimgħa filgħaxija tħabbret il-mewt tal-attivist tad-drittijiet ċivili, John Lewis, eks membru tal-Kungress Amerikan, fl-età ta’ 80 sena b’kanċer.

Kienu bosta dawk il-mexxejja dinjija, politiċi, għaqdiet u ċelebritajiet li sellmu l-memorja ta’ John Lewis, fosthom l-eks President Amerikan, Barack Obama li fakkar kif kien grazzi għalih fost l-oħrajn li ħalla legat eċċezzjonali fost l-Amerikani ta’ libertà u ugwaljanza.

Dan hekk kif Lewis kien wieħed mill-organizzaturi flimkien ma’ Martin Luther King Jr. tal-Protesta ta’ Washington tal-1963 għax-Xogħol u l-Libertà, tant li kien wieħed mill-kelliema fil-protesta.

Fi żmien il-moviment tad-drittijiet ċivili, John Lewis kien wieħed mill-fundaturi tal-Kumitat ta’ Koordinament tal-Istudenti Paċifiċi (SNCC) biex imbagħad mexxa lill-kumitat bejn l-1963 u l-1966.

Ritratt: Getty Images