Formula 1 Sport

Mercedes ikomplu jiddominaw anki fl-Ungerija … Hamilton se jibda qabel Bottas

(Ritratt: EPA)

Mercedes komplew jiddominaw il-bidu tal-istaġun hekk kif Lewis Hamilton u Valtteri Bottas se jibdew il-Grand Prix tal-Ungerija fl-ewwel filliera. Għal Hamilton din kienet is-seba’ pole position fiċ-ċirkwit ta’ Hungaroring u saħansitra ħoloq rekord taċ-ċirkwit bl-aħjar ħin ta’ 1:13.447.

Bottas deher li seta’ jagħmel l-aħjar ħin iżda waqt l-aħħar dawra tiegħu, Hamilton irnexxielu jtejjeb il-ħin tiegħu stess biex qabeż lil sieħbu b’distakk minimu ta’ 0.107 ta’ sekonda u kiseb id-90 pole position fil-karriera tiegħu.

Racing se jibdew il-Grand Prix fit-tieni filliera b’Lance Stroll u Sergio Perez se jibdew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Warajhom se jkun hemm Sebastian Vettel u Charles Leclerc, b’Max Verstappen ta’ Red Bull jiddiżappunta bis-seba’ post. Lando Norris u Carlos Sainz ta’ McLaren u Pierre Gasly ta’ AlphaTauri komplew l-ewwel għaxra.