Lokali

Pressjoni biex iġġib lil uliedha lura mil-Libja

“Serquli ‘l uliedi u ma jridux jinvestigaw, ma jridux jgħinuni.”

L-istorja ta’ Tanya Borg hi waħda ta’ qsim il-qalb. Ħames snin ilu ħatfulha lil uliedha. Issa marret hi stess il-Libja, titlob bi ħniena lill-eks raġel tagħha jirritorna bit-tfal fir-Renju Unit.

Tanya Borg hija omm ta’ dixxindenza Maltija, dan hekk kif għandha missierha Malti, u li bħalissa qed tgħix Wiltshire fl-Ingilterra.

L-omm irrakuntat storja xokkanti kif uliedha, Angel issa ta’ 20 sena u Maya ta’ 8 snin kienu maħtufa minn missierhom fl-2015, u ttieħdu biex jgħixu ma’ familtu, f’familja deskritta mill-midja Ingliża bħala waħda estrimista Iżlamika.

Hija qed tallega li akkost li ngħatat kustodja tal-ulied kemm fir-Renju Unit u anki fil-Libja, wara din l-azzjoni, il-pulizija Ingliża ma tridx tinvestiga.

Fl-aħħar sigħat intant wara li ġie żvelat filmat mid-Daily Mail ta’ kif bintha Angel nħatfet fost l-għajjat u l-konfunzjoni ta’ dawk preżenti.

Tanya kienet marret il-Libja f’tentattiv biex issalva lil uliedha, bil-kbira tipprova tagħmel minn kollox biex tingħaqqad m’ommha madankollu l-filmat juri li dan ma kienx possibbli, wara li ġiet sfurzata tidħol f’karozza u ħaduha ‘l bogħod minn ommhom.

L-omm tinstema’ tgħajjat “Binti binti”, f’għajta mqanqla biex iħallu lil waħda mill-bniet tmur magħha

Mill-filmat, Angele, 20, qed tipprova taħrab biex tmur m’ommha

Tanya Borg f’kummenti li tat qalet “il-filmat huwa evidenti li binti l-kbira trid tiġi lura d-dar tagħha, fir-Renju Unit, li tgħix ħajjitha fil-libertà.”

Dwar bintha ż-żgħira hija qalet li kienet ittieħdet meta kellha biss 3 snin, u allura t-tifla għaddatat sew fil-Libja, madanakollu, l-omm saħqet li bintha teħtieġ li tkun m’ommha.

Tanya Borg kienet ltaqgħet mal-eks raġel tagħha f’Malta

Mohammed El Zubaidy, il-missier, u Tanya Borg kiennu ltaqgħu meta hi kellha 18-il sena, u ltaqgħu proprju f’pajjiżna. Huma żżewġu fis-sena 2000.

Mohammed El Zubaidy, l-eks raġel ta’ Tanya Borg

L-ulied inħatfu wara li l-missier kien ħadhom miegħu vaganza fit-Tuneżija fl-2015, u kien ħa ‘l ulied il-Libja biex imorru jgħixu ma’ familtu. 

Sena wara r-raġel irritorna lura fir-Renju Unit u ħalla lil ibnu l-kbir m’ommu, madanakollu rrifjuta li jirritorna lil uliedu l-bniet lura l-Ingilterra.

Mohammed El Zubaidy infatti kien weħel pieni ta’ ħabs u xorta ma riedx jikkopera, tant hu hekk li issa jinsab liberat, u xorta ma jridx jikkopera biex uliedu jirritornaw lura lejn ir-Renju Unit.

Tanya Borg għadha kemm nediet kampanja biex jissaħħaħ l-appel biex il-pulizija jinvestigaw u tittieħed azzjoni immedjata biex l-ulied jingħaqdu m’ommhom.

Hija saqsiet numru ta’ domandi, għaliex ħadd mhu jimpurtah minn uliedha, ħadd mhu jtiha l-għajnuna, filwaqt li saħqet li uliedha huma ċittadini Brittaniċi, u jixirqilhom il-protezzjoni.