Fabio Quartararo ta’ Yamaha se jibda l-Grand Prix ta’ Spanja mill-ewwel post wara li għamel l-aktar ħin veloċi f’rekord ta’ 1:36.705 fiċ-ċirkwit ta’ Jerez. Il-Franċiż spiċċa qabel sieħbu Maverick Vinales u ċ-champion tad-dinja Marc Marquez, f’sessjoni li fiha ħabtu tliet sewwieqa.
Francesco Bagnaia ta’ Ducati kiseb ir-raba’ l-aħjar ħin filwaqt li sieħbu Jack Miller se jingħaqad miegħu fit-tieni filliera minkejja li tilef il-kontroll tal-mutur tal-11-il kantuniera fl-aħħar dawra.
Cal Crutchlow, Pol Espargaro, Andrea Dovizioso, Alex Rins u Franco Morbidelli komplew l-ewwel għaxra. Il-veteran Valentino Rossi spiċċa fil-11-il post fuq Yamaha. Alex Rins ta’ Suzuki jista’ jkun dubjuż għall-ewwel tellieqa għaliex weġġa’ l-polz u idu meta ħabat wara Miler.
//= $special ?>