Lokali

Tissokkta l-maratona Oħloq Tbissima – maratona suċċess

L-ewwel ftit siegħat tal-maratona Oħloq Tbissima l-bieraħ il-Ġimgħa, kienet ta’ suċċess għal-fatt li l-Maltin u l-Għawdxin fehmu l-bżonn li għandna biex nibgħatu  l-kontribuzzjonijiet tagħhom lill missjunjari Maltin fil-Peru, Pakistan u l-Filippini . 

Fix-xandira diretta t-telespettaturi setgħu jaraw anke lil dawn il-missjunarji permezz ta’ Skype, u setgħu verament jisimgħu kemm għandhom bżonnijiet il-fqar, kemm għandhom bżonn jibqgħu jagħtu l-ikel kuljum, għaliex dawn il-fqar anke tilfu x-xoghol peress li ilhom magħluqin id-dar għal dawn l-aħħar xhur.

Illum ukoll ser ikun hemm xandiriet sa nofs il-lejl u barra li se jkun hemm kantanti stabbiliti ser ikun hemm kollegamenti oħra bi skype ma missjunarji oħra li qed jaħdmu f’dawn il-pajjizi. 

Min jixtieq jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu jista’ jagħmel hekk billi jċempel fuq in-numri tat-telephones li jkunu qed jidhru fuq l-iscreen, Wieħed jista’ jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu minn issa billi jċempel fuq dawn n-numri:

51002031 – €20
51902080 – €50

Wieħed jista’ ukoll jibgħat SMS:
50619285 – €11.65

Il-linja tal-pleġġ – 21445544 jew jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom billi jżuru l-website www.ohloqtbissima.com,  jew jiġu d-Dar ta’ San Ġużepp mill-5.00pm sal-10.30pm .