Anzjan qed isofri minn ġrieħi serji wara li ttajjar minn karozza fi Triq San Pawl fiż-Żurrieq għall-ħabta tas-6.45pm.
Ambulanza b’tim mediku ssejħet minnufih fuq il-post li ħadet lill-anzjan ta’ 74 sena residenti ż-Żurrieq l-Isptar Mater Dei għal kura meħtieġa. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena residenti ż-Żurrieq stess.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

