Ċiklist Ingliż ta’ 52 sena residenti tas-Sliema qed isofri ġrieħi gravi wara inċident li seħħ bejn rota u vettura għall-ħabta ta’ sebgħa ta’ dalgħodu fl-Imsida.
L-inċident seħħ ftit metri ‘l bogħod mill-Għassa tal-Pulizija, bil-Pulizija marru minnufih fuq il-post biex jassistu lil persuni involuti. Fil-karozza kien hemm sewwieq ta’ 38 sena residenti Santa Venera.
Iċ-ċiklist ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ġie msejjaħ fuq il-post, b’ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.
//= $special ?>

