RUMA- Inter tilfu ċ-ċans li jnaqqsu d-distakk ma’ Juventus għal tliet punti meta fi Stadio Olimpico ġew draw ta’ 2-2 kontra Roma. Inter fetħu tajjeb u kien DE VRIJ li ogħla fuq kulħadd għall-corner ta’ Sanchez. Roma kisbu l-gowl tad-draw ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima meta kien DE VRIJ li din id-darba tefgħa fix-xibka tiegħu stess il-konklużjoni ta’ Spinazzola. Roma ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u kien HENRIKH MKHITARYAN li approfitta minn konfużjoni fil-kaxxa ta’ Inter. Inter ingħataw penalty fis-86 minuta u minn ħdax –il metru ROMELU LUKAKU ġab id-draw.
Serie A
Illum: Parma v Sampdoria 2-3, Genoa v Lecce 2-1, Napoli v Udinese 2-1, Fiorentina v Torino 2-0, Brescia v SPAL 2-1, Roma v Inter 2-2, Għada: Juventus v Lazio 9.45pm
//= $special ?>