Sport Sport Ieħor

Fabio Quartararo jirbaħ l-ewwel tellieqa tal-Moto GP

Is-sewwieq Franċiż ta’ Yamaha Fabio Quartararo rebaħ l-ewwel tellieqa ta’ dan l-istaġun tal-Moto GP li saret fiċ-ċirkwit ta’ Jerez fi Spanja. Ma’ Quartararo fuq il-podju kien hemm Maverick Viñales ta’ Yahama u Andrea Dovizioso ta’ Ducati li temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Quartararo li għalih hija wkoll l-ewwel rebħa fil-Moto Gp, beda fuq quddiem nett wara li kiseb il-Pole Position iżda tilef l-ewwel post għal xi waqtiet wara li ġie maqbuż minn Marc Marquez li tilef ċ-ċans li jirbaħ din l-ewwel tellieqa minħabba żewġ żbalji li wettaq. Marquez li beda fit-tielet niżel fis-16 –il post iżda rkupra tajjeb u rnexxielu jitla’ fl-ewwel post iżda naqas milli jżomm postu u approfittaw Viñales u Dovizioso li b’mod tajjeb fl-aħħar dawriet rnexxielu jaqbeż lil Jack Miller biex temm fuq il-podju.

L-istess Marquez kellu jirtira wara li waqa’ erba’ dawriet mit-tmiem it-tellieqa fejn l-ewwel rapporti jindikaw li kiser idu. Is-sewwieq Taljan Valentino Rossi wkoll kellu jirtira mit-tellieqa wara ħsarat tekniċi li kellu.

Din kienet l-ewwel tellieqa tal-istaġun, bil-bidu tal-istaġun kellu jiġi pospost minħabba l-pandemija tal-coronavirus fejn qabel ma’ bdiet it-tellieqa ġiet osservata minuta silenzju b’rispett lejn il-vittmi li tilfu ħajjithom kawża tal-pandemija.

Kif spiċċaw: 1 F Quartararo 41:23.796, 2 M Viñales +4.603, 3 A Dovizioso +5.946, 4 J Miller +6.668, 5 F Morbidelli +6.844, 6 P Espargaró +6.938, 7 F Bagnaia +13.027, 8 M Oliveira +13.441, 9 D Petrucci +19.651, 10 T Nakagami +21.553, 11 J Zarco +25.100, 12 A Márquez +27.350, 13 B Binder +29.640, 14 T Rabat +32.898, 15 B Smith +39.682, Ma spiċċawx: I. Lecuona, M. Márquez, V. Rossi, A. Espargaró, J. Mir