Raġel li jagħmel xogħol volontarju f’katidral ta’ Nantes iddedikat lil San Pietru u San Pawl qed jgħin l-istħarriġ tal-pulizija wara li qabdu n-nirien ġo l-istess katidral.Il-prosekutur pubbliku, Pierre Sennes qed jaħdem fuq it-teorija li ‘xi ħadd wettaq azzjoni bi ħsieb speċifiku li jikkaġuna nar fil-katidral’ u fejn sar magħruf li, fil-fatt, kienu tqabbdu tliet nirien fis-sit inkwistjoni.
Filwaqt li kienet għaddejja investigazzjoni bir-reqqa, ir-rapporti qalu li refuġjat mir-Rwanda li kien responsabbli mill-għeluq tal-katidral fil-jum ta’ qabel l-inċident kien qed jgħin fl-inkjesta. Il-pulizija sostniet li sa dak il-punt, ‘ħadd ma kien qed jgħid li r-raġel kellu rwol fin-nirien’.Il-voluntier ma ssemmiex b’ismu waqt li kien qed ikun suġġett għal proċedura ta’ interrogazzjoni normali.
Intant, mal-100 membri tal-iskwadri għat-tifi tan-nirien waqqfu l-fjammi milli jeqirdu l-istruttura ewlenija tal-katidral, bil-Prim Ministru Franċiż, Jean Castex, ifaħħarhom ‘għall-professjonaliżu u kuraġġ li wrew’. In-nirien, iżda, laħqu qerdu l-ħġieġ tat-twieqi u xi oġġetti ġewwa l-katidral sakemm kienu kontrollati.
//= $special ?>