Internazzjonali

Gżejjer Faroe: Jinqatlu 250 balena waqt tradizzjoni annwali

Il-baħar li jdawwar lill-Gżejjer Faroe nbidel f’kulur aħmar hekk kif inqatlu madwar 252 balena u 35 denfil fi tradizzjoni annwali li tmur lura għal 1,000 sena.

Għadd ta’ għaqdiet qed iqajmu għarfien u jikkundannaw dan il-qtil hekk kif iqisu li dan il-qtil hu wieħed barbaru u b’hekk jitolbu biex din it-tradizzjoni għandha tieqaf minnufih.

Wara li sseħħ din it-tradizzjoni, il-baleni u d-denfili jittieħdu biex jittieklu minn madwar 70 parteċipant, bil-kumplament jinbigħhu għall-ikel.

https://twitter.com/OceanicRescue/status/1283945640863531008/photo/1