Futbol Sport

Ikomplu jiżdiedu l-problemi għal Bournemouth

(Ritratt: EPA)

F’partita importanti għaż-żona relegazzjoni, Bournemouth naqsu mill jirbħu s-South Coast derby kontra Southampton. It-tim ta’ Eddie Howe fetaħ tajjeb u kellu l-ewwel ċans tal-partita meta x-xutt ta’ Kelly kien devjat minn Vestergaard. Southampton fetħu l-iskor erba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima meta Redmond sab lil INGS li b’xutt tajjeb ma ta l-ebda ċans lil Ramsdale biex skorja t-12 –il gowl tiegħu fil-Premier League dan l-istaġun.

Southampton kellhom ċans li jirduppjaw l-iskor meta fis-56 minuta ngħataw penalty meta Harry Wilson deher imiss il-ballun b’idu. Minn ħdax –il metru Danny Ings ra lil Ramsdale isalva t-tentattiv tiegħu. Bournemouth ħasbu li ġabu d-draw fl-94 minuta permezz ta’ Surridge bil-gowl taż-żagħżugħ jiġi mħassar għall-offside mir-referee wara konsultazzjoni mal-VAR. Minkejja l-isforzi kollha mic-cherries, Southampton żiedu ieħor fit-98 minuta permezz ta’ ADAMS.