Lokali Qorti

Jiddendel ma’ qiegħ trailer biex jaħrab minn Malta

Żagħżugħ li prova jaħrab minn pajjiżna billi staħba taħt trailer li kien tiela’ fuq il-Catamaran il-Ħadd filgħodu…  issa se jispiċċa jiskonta sitt xhur ħabs.

L-akkużat, Salah Altayed ta’ 24 sena li huwa Sudaniż residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, wieġeb ħati għall-akkuża li pprova jaħrab minn Malta mingħajr passaport.

L-ispettur Lara Butters mis-sezzjoni tal-immigrazzjoni qalet li Salah instab imdendel ma’ qiegħ trailer li kien fi triqtu lejn Sqallija għall-ħabta tal-5 ta’ filgħodu.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace appellat lid-direttur tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin biex tingħata l-għajnuna medika u psikoloġika u kull għajnuna oħra neċċessarja fil-konfront ta’ dan iż-żagħżugħ.